Nuqqas ta’ manipulazzjoni
Dispożizzjoni taħt arranġamenti ta’ kummerċ preferenzjali relatati mat-trasport ta’ oġġetti oriġinarji mit-territorju ta’ parti għal oħra. Jekk, għal kwalunkwe raġuni, il-merkanzija tgħaddi minn jew tieqaf f’pajjiż li la jkun il-pajjiż sieħeb u lanqas pajjiż tal-UE, id-dispożizzjoni tippermetti l-qsim ta’ kunsinni f’pajjiż terz u xi operazzjonijiet oħra sakemm il-merkanzija tibqa’ taħt is-sorveljanza doganali fil-pajjiż ta’ tranżitu.