Terminu tal-glossarju:

Valur tal-importazzjoni b’rata fissa

Jekk l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna importata, il-veraċità tal-prezz tiġi vverifikata bl-użu ta’ valur tal-importazzjoni b’rata fissa kkalkulat mill-Kummissjoni, skont il-prodott u l-oriġini, abbażi tal-medja ponderata tal-prezzijiet għall-prodott fis-swieq tal-importazzjoni rappreżentattivi tal-pajjiżi membri jew fi swieq oħra, fejn xieraq.

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr