Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija
L-UE u t-Tuneżija għandhom relazzjonijiet kummerċjali mill-qrib u li ilhom jeżistu. It-Tuneżija kienet l-ewwel sieħeb fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE (l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja u t-Tuneżija) li ffirma u implimenta Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-UE. L-UE hija l-akbar investitur barrani fit-Tuneżija, u tirrappreżenta 85 % tal-istokk tal-investiment dirett barrani (IDB) fil-pajjiż.