Operazzjonijiet minimi
Minbarra r-regoli speċifiċi tal-oriġini stipulati għall-prodott li trid timporta jew tesporta, trid tivverifika jekk l-operazzjonijiet imwettqa fl-UE jew fil-pajjiż sieħeb kummerċjali jmorrux lil hinn mill-operazzjonijiet minimi. Dawn l-operazzjonijiet minimi huma elenkati fil-protokoll tal-oriġini tal-ftehim kummerċjali rilevanti. Operazzjonijiet minimi jistgħu jkunu ippakkjar, qtugħ sempliċi, assemblaġġ sempliċi, taħlit sempliċi, eċċ.
Jekk il-produzzjoni mwettqa fl-UE jew f’pajjiż sieħeb kummerċjali tkun fost l-operazzjonijiet elenkati u ma jkun sar xejn aktar hemmhekk (jiġifieri l-ebda materjal ma jkun ġie prodott jew ittrasformat), allura l-prodott ma jistax jitqies bħala oriġinarju, anki jekk jiġu ssodisfati r-regoli tal-oriġini relatati mal-prodott.