Dazji kumpensatorji fuq oġġetti ssussidjati
Minbarra d-dazji anti-dumping, il-prodott tiegħek jista’ jkun soġġett ukoll għal miżuri antisussidji. Dawn huma magħrufa wkoll bħala miżuri jew dazji kumpensatorji. Dawn jikkumpensaw l-effetti ta’ sussidju inġust minn sieħeb kummerċjali u jpoġġu l-prodott f’pożizzjoni ekonomika aktar kompetittiva meta mqabbel ma’ prodotti oħra fis-suq.
Il-miżuri kumpensatorji jistgħu jikkonsistu f’għodod differenti, iżda normalment jinkludu żieda fid-dazji. Miżura kompensatorja tista’ tkun dazju ad valorem addizzjonali jew dazju speċifiku. Tista' tieħu l-forma ta' prezz minimu ta' importazzjoni jew "impenn fuq il-prezz", fejn l-esportatur jaqbel li jbigħ il-prodott 'il fuq minn prezz minimu.
Informazzjoni dwar ir-regoli u l-miżuri tal-UE kontra s-sussidji