Regoli tal-oriġini fil-Konvenzjoni Pan-Ewro-Mediterranja riveduta
Bħalissa qed naħdmu biex naġġornaw il-kontenut ta' din il-paġna.
Fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Iżvizzera japplikaw żewġ settijiet ta’ regoli tal-oriġini alternattivi:
- Ir-regoli tal-oriġini tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-Konvenzjoni PEM). Il-Konvenzjoni PEM ġiet miftiehma fl-2011 bil-ħsieb li jiġu stabbiliti regoli komuni ta’ oriġini u akkumulazzjoni fost 25 Parti Kontraenti tal-PEM (ara Il-lista tal-Partijiet Kontraenti tal-PEM)u l-UE biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġu integrati l-ktajjen tal-provvista fiż-żona.
- Ir-regoli tal-oriġini riveduti tal-Konvenzjoni PEM
- Dawn huma regoli tal-oriġini simplifikati u modernizzati meta mqabbla ma’ dawk inklużi fil-Konvenzjoni PEM.
- Aktar informazzjoni ta’ sfond dwar il-proċess ta’ reviżjoni hija disponibbli hawnhekk.