Klawżola ratchet

Fi “klawsola ratchet” il-partijiet għal ftehim kummerċjali jimpenjaw ruħhom li jżommu kwalunkwe ftuħ ulterjuri fis-swieq rispettivi tagħhom li jistgħu jiddeċiedu dwarhom unilateralment. Ftuħ bħal dan ikun “imsakkar” jiġifieri ma jista’ jkun hemm l-ebda pass lura.

Eżempju: jekk parti, fi ftehim kummerċjali, timpenja ruħha li tippermetti 30 % sjieda barranija f’kumpaniji domestiċi u aktar tard tiddeċiedi unilateralment li tippermetti 40 %, il-parti ma tistax tirritorna minn sjieda barranija ta’ 40 %.

Peress li l-impenji normalment jirriflettu l-livelli eżistenti ta’ ftuħ tas-suq, klawżola ratchet tiżgura li ftehim ta’ kummerċ ħieles ikun iħares’ il quddiem u jibqa’ aġġornat billi taqbad il-liberalizzazzjoni unilaterali li l-parti l-oħra tista’ twettaq fil-futur.

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr