Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk
Ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Marokk huma importanti: l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Marokk, u flimkien mal-Alġerija, il-Marokk huwa l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fost il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar. L-UE hija wkoll l-akbar investitur barrani fil-Marokk.
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Marokk daħal fis-seħħ fl-2000 u ħoloq Żona ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Marokk.
Għall-Marokk, ir-regoli tal-oriġini huma koperti mill-Protokoll 4, emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2011.
In-negozjati għal Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) bdew fl-2013. Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibbiltà mwettqa minn kuntrattur indipendenti akkumpanjat it-tnedija tan-negozjati. L-aħħar ċiklu ta' negozjati sar f'April 2014, u wara dan in-negozjati ġew sospiżi fuq talba tal-Marokk.
Aktar informazzjoni dwar il-Marokk fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ.