Mistoqsijiet Frekwenti:
Għandi nħallas biex nuża l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment?
Le, l-użu ta’ My Trade Assistent għas-Servizzi u l-Investiment huwa mingħajr ħlas.
Madankollu, ċerta informazzjoni hija protetta mid-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni disponibbli fuq l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment ma tistax tintuża għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, ridistribuzzjoni, bini ta’ bażijiet tad-data, ħżin, jew għal kwalunkwe skop ieħor għajr l-użu ta’ referenza b’appoġġ għall-proċessi kummerċjali internazzjonali tal-utent stess. Kull użu ieħor huwa pprojbit sakemm ma jkunx approvat b’mod espliċitu bil-miktub mis-sid tad-data.