Rekwiżiti tal-prodott

Il-prodotti importati fl-UE u mqiegħda fis-suq tal-UE jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, l-ambjent u d-drittijiet tal-konsumatur. Meta l-prodott jiġi nnegozjat, jista’ jkun soġġett għal miżuri ta’ kontroll differenti, liċenzjar tal-importazzjoni jew reġimi kummerċjali speċifiċi oħra.

Filwaqt li r-rekwiżiti għal 85 % tal-prodotti huma armonizzati fl-UE, hemm ukoll regoli dwar il-prodotti li japplikaw biss fil-livell nazzjonali.

  • Tista’ ssib ir-regoli u r-rekwiżiti armonizzati speċifiċi tal-UE għall-prodott tiegħek fl-Assistent tal-Kummerċ Tiegħi, ikkomplementati minn informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-leġiżlazzjoni rilevanti fl-Istati Membri tal-UE.
  • Għal informazzjoni addizzjonali dwar ir-regoli u r-regolamenti dwar il-prodotti għall-oġġetti li japplikaw biss fil-livell nazzjonali, tista’ tikkuntattja l-hekkimsejħa “punti ta’ kuntatt għall-prodotti”,li kull pajjiż tal-UE stabbilixxa.

 

Ftakar li trid tikkonforma biss mar-regoli applikabbli fil-pajjiż tal-UE fejn biħsiebek tqiegħed il-prodott tiegħek fis-suq.

Uża l-Assistent tal-Kummerċ Tiegħi biex issib

  • il-proċeduri tal-importazzjoni u l-formalitajiet u d-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-prodotti importati tiegħek;
  • il-proċeduri doganali u l-kampjuni tad-dokumenti meħtieġa;
  • l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Projbizzjonijiet u Restrizzjonijiet (P&R)

L-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra jwettqu kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni biex jinfurzaw dawn il-ħafna rekwiżiti differenti skont il-politiki settorjali, li huma magħrufa bħala “projbizzjonijiet u restrizzjonijiet” (P&R). Aktar informazzjoni dwar il-P&R, inkluża “Lista Integrata tal-P&amp tal-UE;R” bil-P&amp kollha;R, tista’ tinstab taħt Projbizzjonijiet u Restrizzjonijiet.

Links ta’ malajr