Sorsi u drittijiet tal-awtur
Il-paġna tar-riżultati fiha informazzjoni minn sorsi multipli. Ara hawn taħt lista ta’ taqsimiet tal-paġna tar-riżultati u s-sors rispettiv tagħhom.
Taqsima | Deskrizzjoni | Sors | Frekwenza ta’ aġġornament |
---|---|---|---|
It-tariffi | Tariffi Applikati (għal pajjiżi li mhumiex fl-UE) | Mendel * | Mill-inqas kull 3 xhur hemm aġġornament ta’ kull pajjiż |
It-tariffi | Tariffi tal-UE | DĠ TAXUD, bażi tad-data TARIC | Aġġornat kuljum |
It-tariffi | Tneħħija tat-tariffi | DĠ Kummerċ | Meta jidħlu fis-seħħ ftehimiet ġodda |
It-tariffi | Indikazzjonijiet ġeografiċi | DĠ Kummerċ | Meta jidħlu fis-seħħ ftehimiet ġodda |
It-tariffi | Miżuri għad-difiża kummerċjali | DĠ Kummerċ | Meta tiġi applikata miżura ġdida |
Regoli ta’ l-oriġini | Regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott | DĠ Kummerċ | Meta jidħlu fis-seħħ ftehimiet ġodda |
Taxxi | Taxxi u dazji addizzjonali (għal pajjiżi li mhumiex fl-UE) | Mendel * | Mill-inqas kull 3 xhur hemm aġġornament ta’ kull pajjiż |
Taxxi | Taxxi Interni (għall-Istati Membri tal-UE) | TARIC SA | Kull 3 xhur ikun hemm aġġornament ta’ kull pajjiż |
Proċeduri u formalitajiet | Formalitajiet ta’ Importazzjoni (għal pajjiżi li mhumiex fl-UE) | Mendel * | Mill-inqas kull 3 xhur hemm aġġornament ta’ kull pajjiż |
Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni | Rekwiżiti tal-importazzjoni (għall-Istati Membri tal-UE) | TARIC SA | Kull 3 xhur ikun hemm aġġornament ta’ kull pajjiż |
Ostakli għall-kummerċ | Ostakli għall-kummerċ f’pajjiżi li mhumiex fl-UE | DĠ Kummerċ | Meta ostaklu jiġi aġġornat jew maħluq |
Statistika tal-flussi kummerċjali | Statistika relatata mal-prodott | Eurostat (il-bażi tad-data Comext) | Kull xahar |
* L-informazzjoni fit-taqsima tat-Tariffi, it-Taqsima dwar it-Taxxi jew il-Proċeduri u l-Formalitajiet, ma tistax tintuża għall-bejgħ mill-ġdid (jew fil-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza), għar-ridistribuzzjoni, għall-bini ta’ bażijiet tad-data, għall-ħżin, jew għal kwalunkwe skop ieħor għajr l-użu ta’ referenza minn utent tal-Unjoni Ewropea li jkun jinsab personalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Montenegro, is-Serbja, u r-Renju Unit * (* sal-31 ta’ Diċembru 2020 biss) b’appoġġ għall-proċessi kummerċjali internazzjonali tal-utent stess. Kull użu ieħor huwa pprojbit sakemm ma jiġix espliċitament approvat bil-miktub mis-sid tad-data: Id-drittijiet tal-awtur: Mendel Verlag GmbH & Co. KG, Wasserstraße 223, 44799 Bochum, il-Ġermanja, posta elettronika: info@mendel-verlag.de
Jekk il-kompjuter li fuqu qed jaħdem il-brawżer tiegħek mhuwiex konness direttament mal-Internet fl-Unjoni Ewropea, permezz ta’ Fornitur tas-Servizz tal-Internet li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u inkorporat fih (jew it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Montenegro, is-Serbja u r-Renju Unit), mela inti pprojbit milli tara d-data hawnhekk għal kwalunkwe skop.