Klawsola ta’ sospensjoni
Fi “klawżola ta’ standstill” il-partijiet għal ftehim kummerċjali jimpenjaw ruħhom li jżommu s-suq miftuħ mill-inqas daqs kemm kien fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim.
Fil-prattika, dan ifisser li, wara l-konklużjoni ta’ ftehim kummerċjali, jekk parti tiddeċiedi li tiftaħ aktar is-suq tagħha u sussegwentement tiddeċiedi li taqa’ lura għal qafas aktar restrittiv, dak il-qafas qatt ma jista’ jaqa’ taħt il-livell ta’ ftuħ impenjat fil-ftehim.
Eżempju: jekk parti, fi ftehim kummerċjali, timpenja ruħha li tippermetti 30 % sjieda barranija f’kumpaniji domestiċi u aktar tard tiddeċiedi unilateralment li tippermetti 40 %, il-parti tista’ tintroduċi mill-ġdid il-livell oriġinali ta’ 30 % kull meta tixtieq (iżda ma tistax tirrestrinġi aktar taħt il30 %).