Tariffi
Tariffa hija taxxa fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' merkanzija bejn il-pajjiżi.
It-tariffi huma forma ta’ regolamentazzjoni tal-kummerċ barrani u politika li tintaxxa prodotti barranin sabiex tippromwovi jew tipproteġi l-industrija domestika.
It-tariffi jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti minn prodott għal ieħor, u huwa importanti li wieħed ikun jaf il-kodiċi eżatt tal-prodott biex ikun jista’ jiddetermina d-dazji doganali li japplikaw. Aqra aktar dwar il-Klassifikazzjoni tal-prodott u l-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi
Huma wkoll speċifiċi għal kull relazzjoni kummerċjali bejn il-pajjiż tal-esportazzjoni u l-pajjiż tal-importazzjoni. Meta jkun hemm fis-seħħ ftehim kummerċjali bejn dawk il-pajjiżi, it-tariffi xi drabi jkunu aktar baxxi jew jiġu eliminati. Aqra aktar dwar il-ftehimiet kummerċjali u l-arranġamenti kummerċjali tal-UE.
Flimkien mal-kwoti tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-tariffi huma fost l-aktar strumenti użati biex jipproteġu l-produzzjoni nazzjonali minn kompetizzjoni inġusta.
Aqra aktar dwar it-tipi differenti ta’ miżuri tariffarji f’din it-taqsima: