Ftehim dwar it-tariffi milħuq bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea
Rappreżentanti mill-UE u mill-Istati Uniti ħabbru l-qbil tagħhom dwar pakkett ta’ tnaqqis fit-tariffi li se jżid l-aċċess għas-suq għal mijiet ta’ miljuni ta’ dollari fl-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti u tal-UE. Dan it-tnaqqis fit-tariffi huwa l-ewwel tnaqqis innegozjat bejn l-Istati Uniti u l-UE fid-dazji f’aktar minn għoxrin sena.