Merħba lill-utenti tal-Access2Markets to Trade Helpdesk
Il-portal tal-UE tiegħek għal informazzjoni kummerċjali għall-esportaturi u l-importaturi
X’inhu Access2Markets?
Access2Markets huwa l-portal il-ġdid għall-esportaturi u l-importaturi tal-UE biex isibu informazzjoni dettaljata dwar:
- tariffi
- regoli tal-oriġini
- rekwiżiti tal-prodott
- proċeduri u formalitajiet doganali
- VAT/dazji tas-sisa/taxxi fuq il-bejgħ
- Ostakli għall-kummerċ
- statistika dwar il-kummerċ
... sabiex tkun tista’ ssib l-aħjar sors jew suq tal-esportazzjoni għall-prodotti tiegħek.
Informazzjoni mill-Helpdesk tal-Kummerċ
Il-kontenut kollu li qabel kien fuq l-helpdesk tal-Kummerċ issa jinsab fuq Access2Markets.
Access2Markets tinkludi informazzjoni kemm għall-importaturi kif ukoll għall-esportaturi.
Hawnhekk tista’ ssib it-tariffi, il-proċeduri u l-formalitajiet doganali kollha, ir-rekwiżiti tal-prodotti għas-suq tal-UE, għal kull prodott — inkluż kwalunkwe kundizzjoni speċjali mogħtija skont il-ftehimiet kummerċjali.
Informazzjoni ġdida f’Access2Markets
Minbarra l-informazzjoni ewlenija pajjiż b’pajjiż dwar il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, Access2Markets
- gwidi pass pass għall-importazzjoni/esportazzjoni ta’ oġġetti u servizzi
- gwida dettaljata dwar ir-regoli tal-oriġini
- għodda li tgħinek tivvaluta l-oriġini tal-prodott tiegħek
- it-terminoloġija kummerċjali spjegata tul it-triq
- eżempji ta’ kif ċerti tariffi se jonqsu maż-żmien
- graffs bl-istatistika tal-kummerċ.
Access2Markets huwa disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u f’format faċli għall-mowbajl.
Kif taħdem bl-Access2Markets
Qed tfittex tariffi, proċeduri u formalitajiet doganali, rekwiżiti tal-prodott jew statistika għal prodott speċifiku?
Fl-assistent tal-Kummerċ Tiegħi
- daħħal “isem jew kodiċi tal-prodott”
- daħħal “pajjiż minn” u “pajjiż lejn”
- ikklikkja fuq “SEARCH”
Ħarsa ġenerali lejn il-ftehimiet kummerċjali tal-UE u x’jinkludu
Qed tfittex informazzjoni dwar wieħed mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE, inklużi r-regoli tal-oriġini u kif tagħti prova tal-oriġini tal-prodott tiegħek?
Mur fuq “Swieq” u mbagħad agħżel il-pajjiż li jinteressak taħt swieq mhux tal-UE.
Jien ġdid għall-kummerċ. Nista’ nikseb introduzzjoni?
Żur is-sezzjonijiet oġġetti jew servizzi għal gwidi pass pass għall-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi jew aqra l-paġni dwar l-investiment u s-swieq.
Ostakli għall-kummerċ
Niffaċċjaw ostakli għas-swieq barra mill-UE? Uża Access2Markets biex tgħidilna dwarhom!
Ma tistax issib dak li qed tfittex? Ejjew ngħinuk!
Kif nistgħu ntejbu s-sit? Uża l-buttuni ta’ feedback fil-qiegħ ta’ kull paġna biex tgħarrafna!