Trasport dirett jew regoli ta' nonmanipulazzjoni
Anki jekk il-prodott tiegħek joriġina (jiġifieri jissodisfa r-regoli bażiċi u d-dispożizzjonijiet tagħhom), xorta trid tivverifika li l-prodott intbagħat mill-pajjiż tal-oriġini u wasal fil-pajjiż tad-destinazzjoni mingħajr ma ġie manipulat f’pajjiż ieħor, minbarra s-sempliċi operazzjonijiet meħtieġa biex il-prodott jinżamm f’kundizzjoni tajba.
Se jkollok bżonn tiċċekkja l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar dan il-punt u d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tagħti prova tal-konformità ma’ din ir-regola, li jinsabu fil-protokoll tal-oriġini tal-ftehim kummerċjali rilevanti.