Riżultati tat-tiftixa tal-glossarju għal "U" (4)
Lista ta’ termini fil-glossarju:
Abbrevjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) li tikkonsisti f’ 27 pajjiż (il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja), mill-1 ta’ Frar 2020. (Ir-Renju Unit ħareġ mill-UE 31/1/2020)
F’kuntest ta’ importazzjoni ta’ esportazzjoni, in-numru ta’ unitajiet f’kunsinna. Il-kejl użat jiddependi mit-tip ta’ merkanzija.
L-Unjoni Ewropea hija unjoni ekonomika u politika unika bejn 27 pajjiż tal-UE li flimkien ikopru ħafna mill-kontinent. Hija l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja, l-akbar esportatur ta’ prodotti manifatturati u servizzi, kif ukoll l-akbar suq tal-importazzjoni għal aktar minn 100 pajjiż. Il-magna ekonomika ewlenija tal-UE hi s-suq uniku. Hu jagħmilha possibbli għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti, tas-servizzi u tan-nies li jiċċaqalqu b’mod ħieles.
Organizzazzjoni Intergovernattiva bil-kwartieri ġenerali f’Ġinevra, stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti. Hija għandha l-għan li tipprovdi u tippromwovi sistema effettiva ta’ protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti, bil-għan li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti, għall-benefiċċju tas-soċjetà.