Riżultati tat-tiftixa tal-glossarju għal "N" (5)
Lista ta’ termini fil-glossarju:
Il-prinċipju li ma ssirx diskriminazzjoni bejn l-imsieħba kummerċjali, jiġifieri kollha jingħataw “trattament tan-nazzjon l-aktar favorit”. Skont ir-regoli tad-WTO, vantaġġ innegozjat ma’ pajjiż wieħed irid jiġi estiż għas-sħab kummerċjali kollha li huma membri tad-WTO.
Il-lista ta’ oġġetti nnegozjati, ibbażata fuq is-sistema armonizzata, li tagħmilha possibbli li tiġi applikata Tariffa Doganali Komuni u politiki oħra tal-UE, kif ukoll li tiġi kkumpilata statistika dwar il-kummerċ barrani.
Kontenut relatat:
Dispożizzjoni fl-ambitu tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali relatati mat-trasport ta’ oġġetti oriġinarji mit-territorju ta’ parti għal ieħor. Jekk, għal kwalunkwe raġuni, il-merkanzija tgħaddi jew tieqaf f’pajjiż li la huwa l-pajjiż sieħeb u lanqas pajjiż tal-UE, id-dispożizzjoni tippermetti l-qsim ta’ kunsinni f’pajjiż terz u xi operazzjonijiet oħra dment li l-oġġetti jibqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-pajjiż ta’ tranżitu.
Dokument li jakkumpanja l-merkanzija li timtela mill-ispeditur. Dan iservi bħala prova li kuntratt ta’ trasport ġie konkluż u jiddeskrivi l-kontenut tiegħu. Isservi wkoll bħala rċevuta meta l-oġġetti jinġabru mingħand l-ispeditur u jitwasslu lir-riċevitur.
Spjegazzjonijiet dettaljati li jakkumpanjaw ir-regoli speċifiċi tal-prodott ta’ kull arranġament kummerċjali preferenzjali tal-UE. Dawn jinsabu fil-Protokoll/Kapitolu dwar ir-regoli ta’ oriġini, eżatt qabel ir-regoli speċifiċi għall-prodott.