Punt ta’ Dħul Uniku - Ilmenti dwar l-aċċess għas-suq
Qed tiffaċċja ostaklu għall-operazzjonijiet kummerċjali tiegħek li tixtieq tindikalna? Dan huwa possibbli permezz tal-għodda tal-Punt ta’ Dħul Uniku ta’ Access2Markets. It-tim tagħna huwa ddedikat biex jgħinek u jiggwidak matul il-proċess. Żieda ġdida hija disponibbli issa - tista' ssib il-linji gwida operazzjonali għall-formola tal-ilmenti dwar l-aċċess għas-suq fil-lingwi kollha tal-UE. Hemmhekk tista’ tiskopri:
- Gwida dettaljata dwar kull taqsima tal-formola tal-ilmenti
- Fuq l-importanza ta’ informazzjoni ddettaljata u speċifika għall-evalwazzjoni tal-ilment
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-formola ta’ kuntatt tagħna .