Storja tal-kumpanija:

Li l-Amerika Ċentrali terġa’ tibda tiksaħ

Li l-Amerika Ċentrali terġa’ tibda tiksaħ

“Huwa improbabbli li nkunu qed nagħmlu kummerċ fil-Panama mingħajr il-ftehim kummerċjali”

Hans de Haas, CEO, Thermaflex

Għall-kumpanija Olandiża, Thermaflex, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali fetaħ swieq li ma kinux jikkunsidraw mingħajr ftehim fis-seħħ. Is-soluzzjonijiet ta’ tisħin, tkessiħ u sanità ta’ Thermaflex illum qed jaqdu faċilitajiet mediċi, lukandi, ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bini residenzjali f’dan ir-reġjun li darba kien iddominat mill-Istati Uniti. Il-Ftehim kummerċjali neħħa 99 % tad-dazji fuq il-prodotti industrijali u fetaħ opportunitajiet ta’ akkwist pubbliku, u b’hekk dan in-negozju tal-UE seta’ jikkompeti mal-fornituri lokali u tal-Istati Uniti b’kundizzjonijiet ekwi. Ara l-filmat biex tara kif in-negozju tiegħek jista’ jibbenefika wkoll.

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr