06 Jannar 2025

Sospensjonijiet u kwoti tariffarji awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali applikabbli fl-2025

Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-bidliet fil-kwoti tariffarji u s-sospensjonijiet tariffarji huma applikabbli għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali importati fl-UE skont ir-Regolament (UE) 2024/3211 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u r-Regolament (UE) 2024/3213 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2283 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali.

Il-prodotti koperti mill-kwoti tariffarji u mis-sospensjonijiet tariffarji msemmija f’dawn ir-Regolamenti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni mingħajr dazji tariffarji jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju, filwaqt li jiġu indikati l-kodiċijiet rilevanti fid-dikjarazzjoni tal-importazzjoni.

Aktar informazzjoni tista' tinstab fi:

Links ta’ malajr