Regola ta’ tolleranza
Ir-regola ta’ tolleranza tippermettilek, taħt ċerti ċirkostanzi, li tuża xi perċentwal limitat ta’ “materjali mhux oriġinarji” fil-prodott tiegħek li normalment ma jkunux permessi minn regoli speċifiċi għall-prodott u li dan ikun għadu jikkwalifika bħala “oriġinarju”.
Artikolu 3.6 (“tolleranza ġenerali”) tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejnl-UE u l-Ġappun
- il-limitu ta’ tolleranza: 10 % tal-prezz mill-fabbrika jew tal-prezz abbord mingħajr ħlas tal-prodott,
- għat-tessuti u l-ħwejjeġ ikklassifikati taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata japplikaw tolleranzi speċjali kif stabbilit fin-Noti 6–8 tal-Anness 3A (“Tolleranzi għat-tessuti u l-ħwejjeġ”),
- ma tistax tapplika t-tolleranza għal prodotti li għalihom ir-regoli speċifiċi għall-prodott jistabbilixxu l-perċentwal massimu ta’ materjali mhux oriġinarji espress f’valur,
- eċċezzjonalment, fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun tista’ tapplika t-tolleranza għall-prodotti agrikoli li għalihom ir-regoli speċifiċi għall-prodotti jistabbilixxu l-perċentwal massimu ta’ materjali mhux oriġinarji espressi f’piż,
- it-tolleranza ma tapplikax għal prodotti miksuba kompletament fl-UE jew fil-Ġappun.
- Meta regola speċifika għall-prodott tiġi espressa bħala bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja (eż. bidla fil-Kapitolu, fl-intestatura tariffarja jew fis-subintestatura), it-tolleranza tippermetti l-użu ta’ materjali mhux oriġinarji li jkollhom l-istess klassifikazzjoni tariffarja bħall-prodott sakemm il-valur ta’ dawn il-materjali ma jaqbiżx il-limitu ta’ tolleranza.
Eżempju ta’ kif tapplika t-tolleranza
Pupa (intestatura 95.03 tas-SA) tiġi prodotta fl-UE minn:
- gerbub tal-plastik mhux oriġinarji (il-Kapitolu 39 tas-SA),
- ħwejjeġ tat-trabi (Kapitlu 62 tas-SA) u
- għajnejn tal-plastik (intestatura 95.03 tas-SA).
Ir-regola speċifika għall-prodott għal pupa hija:“Manifattura minn materjali [mhux oriġinarji] ta’ kwalunkwe intestatura ħlief dik tal-prodott”.
Ninnotaw li l-għajnejn tal-plastik huma kklassifikati taħt l-istess intestatura tas-SA bħall-pupa. Ir-regola speċifika għall-prodott ma tippermettix l-użu ta’ materjali mhux oriġinarji tal-istess intestatura bħall-prodott. Iżda skont ir-regola ta’ tolleranza, il-pupa xorta tista’ tissodisfa r-regola speċifika għall-prodott jekk il-valur ta’ għajnejn il-pupa ma jaqbiżx il10 % tal-prezz mill-fabbrika tal-pupa.
- Meta regola speċifika għall-prodott tinkludi perċentwal tal-valur/piż massimu tal-materjali mhux oriġinarji, ma tistax tuża t-tolleranza biex iżżid il-limitu perċentwali. Il-kontenut massimu ta’ materjali mhux oriġinarji dejjem se jkun il-perċentwal indikat fir-regoli speċifiċi għall-prodott.
Eżempju
Jekk ir-regola speċifika għall-prodott tippermetti massimu ta’ 40 % ta’ materjali mhux oriġinarji tal-prezz mill-fabbrika tal-prodott, dan huwa l-limitu li japplika u mhux 40 % + 10 % (tolleranza).
- It-tolleranza ma tapplikax għal prodotti miksuba għalkollox (eż. tadam) iżda tapplika għal prodotti magħmulin minn materjali miksuba għalkollox (eż. tadam użat għall-produzzjoni tal-ketchup). Fil-każ tal-aħħar, it-tolleranza tapplika għall-materjali mhux oriġinarji kollha li normalment ma jkunux permessi mir-regoli speċifiċi għall-prodott.
- Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-Gwida dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini
Links ta’ malajr
Mistoqsijiet Frekwenti
- Meta t-tariffa tirreferi għall-piż, piż gross jew piż nett?
- Kif nista’ nsib id-dazju tal-importazzjoni li japplika għall-prodott tiegħi?
- Jekk irrid inbigħ il-prodott tiegħi f’diversi pajjiżi tal-UE, hemm dazji fuq l-importazzjoni biex inħallas kull darba li l-prodott tiegħi jidħol f’pajjiż differenti?
- Nista’ nikseb lista ta’ prodotti b’dazju tal-importazzjoni ta’ 0%?
- Id-dazji tas-sisa huma applikati fil-livell tal-UE jew f’dak nazzjonali?
- Kif tiġi imposta l-VAT fl-UE?
- Kif nista’ nikseb l-approvazzjoni biex nesporta l-ħut lejn l-UE?
- L-ikel esportat lejn l-UE għandu jiġi minn stabbiliment awtorizzat mill-UE?
- Għandi nħallas biex nuża l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment?
- B’liema lingwi fl-Assistent tal-Kummerċ Tiegħi għas-Servizzi u l-Investiment disponibbli?