Terminu tal-glossarju:

Id-dikjarazzjoni tal-fattura

Id-dikjarazzjoni tal-fattura (imsejħa wkoll id-dikjarazzjoni tal-oriġini) timtela mill-esportatur dwar l-oriġini ta’ prodott, fuq il-bażi ta’ ċerti dokumenti kummerċjali. L-għan ta’ din id-dikjarazzjoni huwa li tagħti prova li l-prodott huwa oriġinarju f’ċertu pajjiż, skont it-termini ta’ ċertu arranġament kummerċjali preferenzjali. L-isem tad-dokument ivarja skont l-arranġament kummerċjali preferenzjali.

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr