Il-ftehimiet tal-UE joħolqu kundizzjonijiet ekwi fl-Ukrajna
Mill-konklużjoni tal-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Ukrajna fl-2016, rajna bidliet għall-aħjar
Dušan Kožušník, CEO, Compelson
Il-kriminalità u t-terroriżmu huma problemi internazzjonali u Compelson, ibbażata fi Praga, iċ-Ċekja, trid iġġib soluzzjonijiet internazzjonali biex iċ-ċittadini jinżammu sikuri. Il-kumpanija tipprovdi softwer li jippermetti l-investigazzjoni forensika tal-mowbajls, li l-pulizija tuża għal skopijiet ta’ ġustizzja kriminali. Mill-introduzzjoni tal-ftehim kummerċjali mal-Ukrajna fl-2016, Compelson ibbenefikat minn tnaqqis fil-burokrazija meta nnegozjat ma’ dan il-pajjiż. L-akbar vantaġġ, madankollu, kien trasparenza akbar fl-akkwist pubbliku u, b’riżultat ta’ dan, aċċess akbar għal kuntratti ta’ livell għoli. Dawn il-kuntratti issa huma ppubblikati b’mod miftuħ u jippermettu lill-fornituri fl-Ukrajna u fl-UE jagħmlu offerti b’kundizzjonijiet ekwi. Ara l-filmat biex tara kif in-negozju tiegħek jista’ jibbenefika mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE wkoll.