Kif tuża l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment

L-assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment jipprovdi informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li l-kumpaniji tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom biex jesportaw is-servizzi u jaċċessaw is-swieq barra mill-UE. Joffri wkoll informazzjoni dwar is-sorsi li jistgħu jiġu kkonsultati u dwar l-awtoritajiet responsabbli f’pajjiżi terzi li jistgħu jiġu kkuntattjati.

X’tkopri?

 

Bħalissa hemm informazzjoni disponibbli għas-servizzi legali u s-servizzi tat-trasport marittimu fil-Kanada u fir-Renju Unit. Is-servizzi u l-pajjiżi koperti se jiġu estiżi gradwalment.

 

L-informazzjoni disponibbli fuq l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment mhijiex legalment vinkolanti.

Kif għandek tuża l-logo?

Sib l-informazzjoni li qed tfittex fi ftit passi faċli.

Pass 1: Iddefinixxi l-kriterji tat-tiftix

Iddefinixxi l-kriterji tat-tiftix f’żewġ stadji.

I. Tnedija tat-tfittxija

  • “Servizz”: dan il-qasam jista’ jiġi editjat, u tista’:
    • ittajpja test — kelma waħda jew aktar — u s-sistema tgħinek issib is-settur tas-servizzi t-tajjeb li qed tfittex, jew
    • ħalli l-qasam vojt u kkonferma l-kriterji tat-tiftix tiegħek fit-tieni pass (ara (ii) hawn taħt “konferma tal-kriterji tal-istadju”)
  • “Pajjiż”: dan il-qasam huwa obbligatorju u jista’ jiġi editjat, u tista’:
    • ittajpja l-ewwel ittri tal-pajjiż li tixtieq u tagħżilha, jew
    • ikklikkja fuq il-vleġġa biex tinnaviga mil-lista li tinżel u mbagħad ikklikkja fuq isem il-pajjiż biex tagħżilha
  • “Ġurisdizzjoni”: dan il-qasam jista’ jiġi editjat u japplika biss meta pajjiż ikollu aktar minn ġurisdizzjoni waħda. Tista’:
    • ittajpja l-ewwel ittri tal-ġurisdizzjoni li tixtieq u tagħżilha, jew
    • Ikklikkja fuq il-vleġġa biex tinnaviga mil-lista li tinżel u mbagħad tikklikkja fuq ġurisdizzjoni biex tagħżilha, jew
    • ħalli l-kaxxa vojta u ara l-informazzjoni għall-ġurisdizzjonijiet kollha tal-pajjiż

Imbagħad, ikklikkja fuq il-buttuna blu “fittex”.

II. Konferma tal-kriterji tat-tiftix

Wara t-tnedija tat-tfittxija, se tintwera l-lista tas-setturi u s-sottosetturi tas-servizzi. Ibbrawżja l- “lista ta’ servizzi”. Ikklikkja s-simbolu + sakemm issib is-servizz li qed tfittex. Jekk tlabt billi ttajpjajt kelma waħda jew aktar, kwalunkwe riżultat li jaqbel mal-kelmiet imfittxija tiegħek se jiġi enfasizzat.

Pass 2: Ibbrawżja r-riżultati

Abbażi tal-kriterji tat-tiftix tiegħek (is-settur, il-pajjiż u l-ġurisdizzjoni), se tara r-riżultati dwar il-kundizzjonijiet disponibbli tal-aċċess għas-suq u r-rekwiżiti korrispondenti tagħhom.

Ir-riżultati huma organizzati fi tliet modi ta’ provvista: il-forniment transfruntier ta’ servizzi; preżenza kummerċjali; u l-moviment ta’ professjonisti. Tista’ taqra d-definizzjoni ta’ kull dritt taħt it-titolu tiegħu. Tista’ tinnaviga bejniethom billi tikklikkja t-tab li inti interessat fiha.

Għal kull modalità ta’ provvista, il-lista tal-kundizzjonijiet korrispondenti tal-aċċess għas-suq tintwera f’ordni alfabetika fuq in-naħa tax-xellug. Tista’ taqra d-definizzjoni ta’ kull kundizzjoni ta’ aċċess għas-suq taħt it-titolu tagħha. Kundizzjoni ta’ aċċess għas-suq tidher biss meta jkollha mill-inqas rekwiżit wieħed.

Biex tibbrawżja r-riżultati, tista’:

  • Ikklikkja fuq il-vleġġa ‘l isfel biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għal rekwiżit wieħed tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq.
  • Ikklikkja fuq “espandi kollox” biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għar-rekwiżiti kollha tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq.

Inkella, tista’ tagħżel li tara “l-kundizzjonijiet kollha tal-aċċess għas-suq” tal-modalità ta’ provvista magħżula (ara l-għażla fl-aħħar tal-lista tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq fuq in-naħa tax-xellug). Biex tibbrawżja r-riżultati, tista’:

  • Agħżel biex tara r-riżultati f’ “lista”. Hawnhekk, tara r-rekwiżiti kollha li jappartjenu għall-kundizzjonijiet kollha tal-aċċess għas-suq fil-forma ta’ lista. Il-kundizzjoni li għaliha jirreferi r-rekwiżit hija sottolinjata f’tikketta blu. Ikklikkja fuq il-vleġġa ‘l isfel biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għal rekwiżit wieħed tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq. Ikklikkja fuq “espandi kollox” biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għar-rekwiżiti kollha tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq.
  • Agħżel biex tara r-riżultati f’ “ħarsa ġenerali”. Hawnhekk, tista’ tara r-rekwiżiti kollha li jappartjenu għall-kundizzjonijiet kollha tal-aċċess għas-suq organizzati skont il-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq. In-numru ta’ rekwiżiti disponibbli huwa indikat bejn il-parentesi ħdejn it-titolu. Ikklikkja fuq il-vleġġa ‘l isfel biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għal rekwiżit wieħed tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq. Ikklikkja fuq “espandi kollox” biex tara l-informazzjoni kollha li tappartjeni għar-rekwiżiti kollha tal-kundizzjoni tal-aċċess għas-suq.

Pass 3: Aqra r-rekwiżiti u d-dettalji kollha tagħhom

L-informazzjoni dwar kull rekwiżit hija speċifika għall —

  • settur jew sottosettur tas-servizzi
  • il-pajjiż u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjonijiet tiegħu
  • mod ta’ provvista
  • kundizzjoni ta’ aċċess għas-suq.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-informazzjoni dwar kull rekwiżit tinkludi

  • meta rilevanti, it-titolu
  • meta rilevanti, il-bażi legali
  • is-sors tal-informazzjoni (link għal sit web u/jew referenza għal-liġijiet u r-regolamenti) u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur tagħha
  • id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità regolatorja kompetenti
  • meta rilevanti, it-tipi ta’ impjiegi li għalihom tapplika l-informazzjoni.

Min jista’ jaċċessa l-informazzjoni?

L-użu ta’ My Trade Assistent għas-Servizzi u l-Investiment huwa mingħajr ħlas. Madankollu, ċerta informazzjoni hija protetta mid-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni disponibbli fuq l-Assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment ma tistax tintuża għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, ridistribuzzjoni, bini ta’ bażijiet tad-data, ħżin, jew għal kwalunkwe skop ieħor għajr l-użu ta’ referenza b’appoġġ għall-proċessi kummerċjali internazzjonali tal-utent stess. Kull użu ieħor huwa pprojbit sakemm ma jkunx approvat b’mod espliċitu bil-miktub mis-sid tad-data. Għal kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-formola ta’ kuntatt.

Liema lingwi huma disponibbli?

L-assistent tiegħi għall-Kummerċ għas-Servizzi u l-Investiment bħalissa huwa disponibbli bl-Ingliż. Dalwaqt se tiżdied traduzzjoni awtomatika fil-lingwi kollha tal-UE.

Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?

Jekk jogħġbok aqra l-FAQs.

 

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr