L-ittikkettjar u l-ippakkjar
Din il-paġna sservi bħala dokument ta’ referenza biss għar-rekwiżiti tal-prodotti fl-UE kollha. Jistgħu japplikaw rekwiżiti żejda skont il-pajjiż tal-UE tad-destinazzjoni. Jekk jogħġbok irreferi għall-Assistent Kummerċ Tiegħi għad-dettalji kollha.
Jekk jogħġbok kun af li f’din il-paġna, hija pprovduta deskrizzjoni ġenerali ta’ kull intestatura fil-lingwi kollha tal-UE. Madankollu, id-dettalji huma disponibbli biss bl-Ingliż.
Linji gwida dwar it-tikkettar u l-imballaġġ
Il-kategoriji tal-prodotti elenkati hawn taħt iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ tikkettar tal-UE li għandhom l-għan li jiżguraw li l-konsumaturi jiksbu l-informazzjoni essenzjali kollha biex jagħmlu għażla infurmata waqt li jkunu qed jixtru
Tikkettar ta’ prodotti tas-sajd
Tikettar ta’ ikel
Tikkettar ta’ xedd is-saqajn
It-tikkettar ta’ prodotti relatati mal-enerġija
Tikkettar ta’ prodotti tal-laħam
It-tikkettar tat-tessuti
It-tikkettar tal-enerġija tat-tajers
Il-preżentazzjoni u l-ittikkettar ta’ l-inbid u ta’ ċerti prodotti ta’ l-inbid
L-imballaġġ
L-imballaġġ ikkummerċjalizzat fl-UE għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali, li għandhom l-għan li jipproteġu l-ambjent, kif ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi mfassla biex jipprevjenu kull riskju għas-saħħa tal-konsumaturi
Skema ta’ eko-tikketta
L-Ekotikketta tal-UE tingħata lil prodotti bl-inqas impatt ambjentali f’firxa ta’ prodotti. L-għan tal- “Logo Flower” huwa li jgħin lill-konsumaturi jidentifikaw dawk il-prodotti, li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib fir-rigward ta’ aspetti ambjentali ewlenin. Il-prodotti jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-UE mingħajr il-logo tal-Fjura, peress li m’hemmx regolamenti li jobbligaw li wieħed japplika għall-ekotikketta.