Il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku
AKP — Il-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) hija organizzazzjoni magħmula minn 79 stat Afrikan, tal-Karibew u tal-Paċifiku, maħluqa mill-Ftehim ta’ Georgetown fl-1975. Kollha kemm huma, minbarra Kuba, huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou, magħruf ukoll bħala l- “Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”. Il-Ftehim jirregola kundizzjonijiet ta’ kummerċ preferenzjali, kif ukoll relazzjonijiet politiċi, kummerċjali u ta’ żvilupp mal-UE.
F’Diċembru 2019, il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP approva reviżjoni tal-Ftehim ta’ Georgetown li se jittrasforma l-Grupp ta’ Stati attwali tal-AKP fl-Organizzazzjoni ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew tal-Paċifiku (OACPS).
Kontenut relatat:
Importazzjoni fl-UE taħt l-EPA
EPA — L-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar
EPA — Komunità tal-Afrika tal-Lvant