Operatur Ekonomiku Awtorizzat
Il-kunċett tal-AEO huwa bbażat fuq is-sħubija bejn id-Dwana u n-Negozju introdotta mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sigurtà tal-katina tal-provvista filwaqt li jiġu ffaċilitati l-proċeduri doganali.
In-negozjanti li volontarjament jissodisfaw firxa ta’ kriterji jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet doganali.
Dan jimplika li dejjem irid ikun hemm relazzjoni bejn id-dwana u l-applikant/OEA.
Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ korrettezza, ta’ ekwità u ta’ responsabbiltà reċiproka.
Kontenut relatat: