Il-marka CE
L-ittri CE jidhru fuq ħafna prodotti nnegozjati fis-Suq Uniku estiż fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Bit-twaħħil tal-marka CE fuq prodott, manifattur jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti legali kollha għall-Immarkar CE u jista’ jinbiegħ maż-ŻEE kollha mingħajr restrizzjoni. Dan japplika wkoll għal prodotti magħmula f’pajjiżi oħra li jinbiegħu fiż-ŻEE. Il-marka CE ma tindikax li prodott ġie approvat bħala sikur mill-UE jew minn awtorità oħra. Mhux il-prodotti kollha għandu jkollhom il-marka CE. Huwa obbligatorju biss għall-biċċa l-kbira tal-prodotti koperti mid-Direttivi ta’ l-Approċċ il-Ġdid.