Relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit: intlaħaq ftehim dwar il-kundizzjonijiet futuri tal-kummerċ
Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni l-ġdid bejn l-UE u r-Renju Unit jiżgura aċċess reċiproku sħiħ għas-suq, għall-prodotti u s-servizzi, għall-akkwist pubbliku u għall-investiment.
Il-kummerċ tal-merkanzija jista’ jsir mingħajr dazju u mingħajr kwoti sakemm dawn jissodisfaw ir-regoli tal-oriġini definiti fil-ftehim. Mill-1 ta’Jannar 2021 ir-regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott se jkunu disponibbli fuq il-portal tal-kummerċ Access2Markets.
Ara l-istqarrija għall-istampa u dokumenti oħra: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_20_2531