Il-ftehim kummerċjali jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Korea t'Isfel
Mill-2011 'l hawn, l-esportazzjonijiet mis-Sassonja lejn il-Korea t'Isfel żdiedu b'aktar minn 50 fil-mija. Il-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea huwa pedament b’saħħtu, affidabbli u komprensiv.
Thomas Horn Direttur
Maniġerjali
tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku tas-Sassonja
Esportazzjonijiet ogħla jfissru aktar produzzjoni u aktar impjiegi għall-kumpanija Ġermaniża Optiplan, ibbażata f’Oelsnitz, is-Sassonja. Il-manifattur tal-plastik imsaħħaħ bil-fibra stabbilixxa preżenza aktar kompetittiva fil-Korea t’Isfel u ra żieda fl-attività ekonomika – kollha bis-saħħa tal-ftehim kummerċjali tal-UE u l-benefiċċji li ġġib magħha, bħal proċeduri simplifikati tat-trasport marittimu u l-eliminazzjoni tad-dazji doganali. Ara l-filmat biex tara kif tista’ tibda tibbenefika wkoll mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE.
Iż-żieda fl-esportazzjonijiet tagħna li tirriżulta mill-preżenza aktar kompetittiva tagħna fis-suq barra mill-pajjiż hija effett ewlieni tal-ftehim kummerċjali. Dan iwassal għal żieda fl-attività ekonomika murija minn aktar esportazzjonijiet u wkoll domanda ogħla għall-prodotti tagħna barra mill-pajjiż. Dan wassal għal żieda fil-produzzjoni tagħna hawn f’Oelsnitz u b’hekk għenna niżguraw l-impjiegi fil-Ġermanja.
Robert Garbe
Maniġer tal-Bejgħ għall-Esportazzjoni, Optiplan