Skema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi
Sistema ta’ kummerċ li tagħti tariffi preferenzjali unilateralment lil ċerti pajjiżi fuq bażi mhux reċiproka. Ġiet approvata mill-GATT fl-1971, li ppermettiet lill-membri industrijalizzati li jadottaw preferenzi tariffarji f’direzzjoni waħda favur il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Ir-rinunzja saret aktar ġenerali u permanenti fl-1979 bl-adozzjoni tal- “klawżola abilitanti” li tippermetti lill-pajjiżi industrijalizzati jimplimentaw miżuri li jestendu “trattament differenzjali u aktar favorevoli” għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
L-UE nediet din is-sistema preferenzjali fl-1971 biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ibigħu aktar mill-prodotti tagħhom fil-pajjiżi industrijalizzati u jibnu l-industrija tagħhom stess. Il-preferenzi tal-SĠP huma mogħtija lill-esportazzjonijiet ta’ prodotti speċifiċi minn pajjiżi partikolari.