Riżultati tat-tiftixa tal-glossarju għal "J" (171)
Lista ta’ termini fil-glossarju:
Merkanzija li hija prodotta esklussivament fit-territorju tal-parti għal arranġament kummerċjali preferenzjali, mingħajr ma tinkorpora materjali minn kwalunkwe pajjiż ieħor. Dan jinkludi pjanti, minerali jew annimali ħajjin, fost prodotti oħra.
Metodu ta’ esportazzjoni ta’ oġġetti, fejn il-bejjiegħ huwa meħtieġ li jikkonsenja l-oġġetti abbord il-ferrovija. Għalhekk, il-bejjiegħ irid iġarrab l-ispejjeż kollha u jinkludi t-trasport tal-merkanzija f’isem ix-xerrej.
Ladarba l-merkanzija titqiegħed abbord il-ferrovija, il-proprjetà fil-merkanzija tgħaddi għand ix-xerrej u dawn ikunu fir-riskju tax-xerrej, li jkun responsabbli għall-ispejjeż tal-merkanzija, l-assigurazzjoni u l-ispejjeż sussegwenti tagħhom.
L-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ jintużaw biex jirrestawraw il-ġustizzja u kundizzjonijiet ekwi meta l-importazzjonijiet ta’ prodott partikolari minn pajjiż terz jidħlu fl-UE bi prezzijiet artifiċjalment baxxi u b’hekk jagħmlu ħsara lill-industrija tal-manifattura Ewropea. Dawn jippermettu li jiżdiedu dazji addizzjonali mal-importazzjonijiet fl-UE meta jkun qed isir kummerċ inġust.
L-istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ jistgħu jittrattaw biss il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni jekk dawn il-prezzijiet ikunu l-oġġett ta’ dumping, issussidjati jew jekk jiskattaw żieda qawwija u mhux prevista fl-importazzjonijiet.
Il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ jaffettwaw biss madwar 1 % tal-volumi totali tal-importazzjonijiet tal-UE.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-difiża tal-kummerċ, f’konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tinkludi strumenti għal:
• Antidumping
• antisussidji
• salvagwardji
Regoli, miżuri u regolamenti mfassla biex jipproteġu l-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, ta’ l-annimali u tal-pjanti, minn riskji li jirriżultaw minn addittivi, kontaminanti, tossini jew organiżmi li jikkawżaw il-mard. Huma jiżguraw li l-ikel ikun sikur għall-konsum.
Jistgħu jittieħdu miżuri ta’salvagwardja meta industrija tiġi affettwata minn żieda mhux prevista, qawwija u f’daqqa ta’ importazzjonijiet ta’ prodott partikolari u l-produtturi ma jistgħux ikunu raġonevolment mistennija li jadattaw immedjatament għas-sitwazzjoni tal-kummerċ mibdula. Hija differenti mill-istrumenti antidumping u antisussidji fis-sens li ma tittrattax l-importazzjonijiet inġustament innegozjati, u b’hekk tapplika għall-pajjiżi kollha li jesportaw il-prodott.
Metodu ta’ esportazzjoni ta’ oġġetti fejn l-obbligi tal-bejjiegħ ikunu ġew issodisfati ladarba l-oġġetti jkunu saru disponibbli lix-xerrej fid-destinazzjoni msemmija fil-pajjiż tal-importazzjoni.
Il-bejjiegħ iġorr ir-riskji u l-ispejjeż marbuta mat-trasport lejn dak il-post, bl-eċċezzjoni ta’ dazji, taxxi u imposti uffiċjali oħra pagabbli mal-importazzjoni u esklużi l-ispejjeż għall-formalitajiet doganali li għandhom jiġu sodisfatti. Ix-xerrej huwa responsabbli għal kull dazju, taxxa jew imposta uffiċjali oħra meħtieġa fuq l-importazzjoni.
Il-politika kummerċjali tal-UE taħdem esternament fuq żewġ livelli kumplimentari: multilaterali u bilaterali. Il-livell “multilaterali” jirreferi għas-sistema ta’ regoli tal-kummerċ miftiehma mill-pajjiżi membri kollha tad-WTO.
Il-prinċipju li ma ssirx diskriminazzjoni bejn l-imsieħba kummerċjali, jiġifieri kollha jingħataw “trattament tan-nazzjon l-aktar favorit”. Skont ir-regoli tad-WTO, vantaġġ innegozjat ma’ pajjiż wieħed irid jiġi estiż għas-sħab kummerċjali kollha li huma membri tad-WTO.
Il-lista ta’ oġġetti nnegozjati, ibbażata fuq is-sistema armonizzata, li tagħmilha possibbli li tiġi applikata Tariffa Doganali Komuni u politiki oħra tal-UE, kif ukoll li tiġi kkumpilata statistika dwar il-kummerċ barrani.
Kontenut relatat:
Dispożizzjoni fl-ambitu tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali relatati mat-trasport ta’ oġġetti oriġinarji mit-territorju ta’ parti għal ieħor. Jekk, għal kwalunkwe raġuni, il-merkanzija tgħaddi jew tieqaf f’pajjiż li la huwa l-pajjiż sieħeb u lanqas pajjiż tal-UE, id-dispożizzjoni tippermetti l-qsim ta’ kunsinni f’pajjiż terz u xi operazzjonijiet oħra dment li l-oġġetti jibqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-pajjiż ta’ tranżitu.