Dazji tas-sisa
Il-kumpanija tiegħek tbigħ oġġetti jew servizzi? Din it-taqsima tgħinek tifhem xi wħud mit-taxxi li jistgħu jiġu applikati fl-UE.
Avveniment taxxabbli
Il-prodotti taxxabbli huma soġġetti għad-dazju tas-sisa fuq il-produzzjoni tagħhom (tkun fejn tkun fl-UE) jew mal-importazzjoni (minn pajjiżi mhux tal-UE).
Madankollu, id-dazju tas-sisa huwa pagabbli biss mar-rilaxx għall-konsum. Jekk il-prodott jiġi importat f’pajjiż tal-UE iżda jiġi ttrasportat lejn pajjiż ieħor tal-UE u fornut lilu, id-dazji tas-sisa jkunu dovuti fil-pajjiż tal-UE fejn il-prodotti eventwalment se jiġu kkunsmati jew użati.
Id-dazji tas-sisa mħallsa fuq ix-xorb alkoħoliku jistgħu jintalbu lura, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u f’każijiet speċifiċi, bħal meta l-oġġetti finalment jiġu esportati lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE.
Prodotti u rati taxxabbli
Alkoħol u xorb alkoħoliku
Birra
Rata standard |
Rati mnaqqsa |
Id-dazju tas-sisa jista’ jkun ibbażat fuq il-kwantità u l-qawwa alkoħolika tal-birra, imkejla jew fuq hL/grad Plato, jew fuq hL/alkoħol bil-volum:
|
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw rati mnaqqsa għall-birra prodotta minn birreriji żgħar indipendenti li l-produzzjoni annwali tagħhom ma taqbiżx il-200,000 hL. Ir-rati mnaqqsa m’għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata ta’ taxxa tas-sisa standard nazzjonali, Il-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw ukoll rati mnaqqsa għall-birra b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li ma taqbiżx il2.8 % volum. In-numru ta’ gradi Plato jkejjel il-perċentwal fil-piż tal-estratt oriġinali għal kull 100 gramma ta’ birra, jiġi kkalkulat mill-estratt attwali u l-alkoħol li jkun hemm fil-prodott lest (għal finijiet ta’ taxxa grad Plato wieħed huwa legalment ekwivalenti għal 0.4 % alkoħol) |
Inbid
Rata standard | Rati mnaqqsa |
EUR 0.00 għal kull hL ta’ prodott, li jfisser li l-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw rata żero, jew ogħla, fuq l-inbid. |
Fejn il-pajjiżi tal-UE ma stabbilixxewx rata standard żero, huma jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa għal kwalunkwe tip ta’ nbid mingħajr gass u frizzanti ta’ qawwa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx il-volum ta’ 8.5 %. |
Xorb iffermentat li M’huwiex inbid u birra
Rata standard | Rati mnaqqsa |
EUR 0.00 għal kull hL ta’ prodott, li jfisser li l-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw rata żero, jew ogħla. |
Fejn il-pajjiżi tal-UE ma stabbilixxewx rata standard żero, huma jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq kwalunkwe tip ta’ xorb ieħor iffermentat mingħajr gass u spumanti ta’ qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li ma taqbiżx il-volum ta’ 8.5 %. |
Prodotti intermedjarji
Rata standard | Rati mnaqqsa |
EUR 45 għal kull hL tal-prodott. |
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw rata waħda mnaqqsa ta’ dazju fuq prodotti intermedji b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li ma taqbiżx il15 % volum. Ir-rata mnaqqsa ma għandhiex tiġi stabbilita għal aktar minn 40 % taħt ir-rata standard nazzjonali tad-dazju tas-sisa, u ma tistax tkun inqas mir-rata standard nazzjonali applikata għall-inbid u xorb iffermentat ieħor. |
Alkoħol etiliku
Rata standard | Rati mnaqqsa |
EUR 550 għal kull hL ta’ alkoħol pur. |
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji żgħar li l-produzzjoni annwali tagħhom ta’ alkoħol pur ma taqbiżx il-10 hL. Ir-rati mnaqqsa m’għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata ta’ taxxa tas-sisa standard nazzjonali, |
Tabakk immanifatturat
Sigaretti
Is-sigaretti huma soġġetti għal dazju tas-sisa ad valorem (proporzjonali għall-valur tiegħu) ikkalkulat fuq il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut (inklużi d-dazji doganali). Huma soġġetti wkoll għal dazju tas-sisa speċifiku kkalkulat għal kull unità tal-prodott.
Kull pajjiż tal-UE japplika dazju tas-sisa minimu globali (dazju speċifiku flimkien ma’ dazju ad valorem minbarra l-VAT), li l-inċidenza tiegħu hija stabbilita għal 60 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rilaxxati għall-konsum. Ma jistax ikun inqas minn EUR 90 għal kull 1,000 sigarett, irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.
Il-pajjiżi tal-UE li jimponu dazju tas-sisa minimu globali ta’ mill-inqas EUR 115 għal kull 1,000 sigarett (tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut) ma għandhomx bżonn jikkonformaw mar-rekwiżit tal-inċidenza minima ta’ 60 %.
Sigarri u sigarri żgħar
Sigarri u sigarri żgħar huma soġġetti għal sisa ta’ 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 12 għal kull 1,000 oġġett jew għal kull kilogramm.
Tabakk imqatta’ fin (maħsub għall-brim tas-sigaretti)
Id-dazju tas-sisa globali għandu jkun mill-inqas ugwali għal 48 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk għat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew EUR 60 għal kull kilogramm.
Tabakk ieħor għat-tipjip
Id-dazju tas-sisa globali għandu jkun mill-inqas ugwali għal 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm.
Żjut minerali
Petrol
Petrol biċ-ċomb: EUR 421 għal kull 1,000 litru.
Petrol bla ċomb: EUR 359 għal kull 1,000 litru.
Żejt tal-gass
Użati bħala propellant: EUR 330 għal kull 1,000 litru.
Użati għal xi skopijiet industrijali u kummerċjali: EUR 21 għal kull 1,000 litru.
Użati għal skopijiet ta’ tisħin (kemm għall-użu kummerċjali kif ukoll għal dak mhux kummerċjali): EUR 21 għal kull 1,000 litru.
Gass Likwidu miż-Żejt (LPG) u Metan
Użati bħala propellant: EUR 125 għal kull 1.000 kg.
Użati għal xi skopijiet industrijali u kummerċjali: EUR 41 għal kull 1.000 kg.
Użati għal skopijiet ta’ tisħin (kemm għall-użu kummerċjali kif ukoll għal dak mhux kummerċjali): EUR 0 għal kull 1,000 L.
Żejt tal-fjuwil tqil
Użati għal finijiet ta’ tisħin u kemm għal użu kummerċjali kif ukoll għal użu mhux kummerċjali: EUR 15 għal kull 1.000 kg.
Kerosin
Użati bħala propellant: EUR 330 għal kull 1,000 litru.
Użati għal xi skopijiet industrijali u kummerċjali: EUR 21 għal kull 1,000 litru.
Użati għal skopijiet ta’ tisħin (kemm għall-użu kummerċjali kif ukoll għal dak mhux kummerċjali): EUR 0 għal kull 1000 litru.
Prodotti tal-enerġija u l-elettriku
Gass naturali
Użati bħala propellant: EUR 2.60 għal kull GJ valur kalorifiku gross.
Użati għal xi skopijiet industrijali u kummerċjali: EUR 0.30 għal kull GJ
Użati għal skopijiet ta’ tisħin
- Użu kummerċjali: EUR 0.15 għal kull GJ
- Użu mhux kummerċjali: EUR 0.30 għal kull GJ
Faħam u kokk
Użu kummerċjali: EUR 0.15 għal kull GJ valur kalorifiku gross.
Użu mhux kummerċjali: EUR 0.30 għal kull GJ
L-elettriku
Użu kummerċjali: EUR 0.50 għal kull MWh.
Użu mhux kummerċjali: EUR 1 għal kull MWh.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu biss rati tat-taxxa li ma jkunux inqas mil-livelli minimi ta’ tassazzjoni preskritti mid-Direttivi tal-UE.
Għall-prodotti tal-enerġija u l-elettriku, id-Direttiva tal-Kunsill2003/96/KE tistabbilixxi livelli minimi ta’ tassazzjoni. Madankollu, għal xi pajjiżi tal-UE, din tippermetti perjodi tranżitorji li matulhom huma meħtieġa jnaqqsu progressivament id-distakk tagħhom. Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma deskritti fit-tabella ta’ hawn fuq.
Arranġamenti sospensivi
Bħala konsegwenza tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan is-suq uniku Ewropew, il-pajjiżi tal-UE jeħtieġu mekkaniżmu ta’ kontroll biex jiżguraw li l-oġġetti mobbli jiġu ċċarġjati għat-taxxi u d-dazji fid-destinazzjoni finali.
Dik il-merkanzija normalment titqiegħed taħt arranġament sospensiv, li jindika li l-merkanzija tista’ tintbagħat minn pajjiż tal-UE għal ieħor, qabel ma jiġu imposti taxxi fuqhom, sakemm id-dazji eventwalment jitħallsu fid-destinazzjoni.
In-negozjanti li jittrasportaw prodotti taħt arranġamenti sospensivi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa fil-pajjiżi tal-UE dwar id-destinazzjoni finali tal-provvisti tagħhom, billi jużaw dokument ta’ akkumpanjament amministrattiv jew kummerċjali:
- l-informazzjoni li tidher fuq il-kopji tad-dokument ta’ akkumpanjament tista’ tiġi trażmessa wkoll b’mezzi kompjuterizzati.
- id-dokumenti ta’ tranżitu intern u d-dokumenti tal-Konvenzjoni TIR jew ATA jistgħu jintużaw ukoll bħala d-dokument ta’ akkumpanjament għall-finijiet tad-dazju tas-sisa.
- għandha tiġi ddepożitata garanzija biex tkopri r-riskji inerenti fil-moviment tal-merkanzija.
- f’każ ta’ movimenti frekwenti u regolari ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġamenti sospensivi, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jippermettu tnaqqis fil-proċeduri ta’ kwittanza.
Dazji tas-sisa fil-pajjiżi tal-UE
Id-dazji tas-sisa ġew armonizzati fil-livell tal-UE bid-Direttiva tal-Kunsill2008/118/KE (ĠU L 9, 14/01/2009) u b’diversi direttivi li jkopru s-sisa fuq prodotti speċifiċi. Madankollu, xi regoli speċifiċi għall-pajjiż xorta jistgħu japplikaw.
Għal informazzjoni speċifika għall-pajjiż, aċċessa l-bażi tad-data tad-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali.
Id-Direttivi tal-UE dwar id-dazji tas-sisa mhumiex applikati fit-territorji li ġejjin
- Il-Ġermanja: il-gżira ta’ Helgoland u t-territorju ta’ Büsingen
- L-Italja: Livigno, Campione d’Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano
- Spanja: Ceuta u Melilla
- Il-Greċja: Muntatura Athos
- L-Awstrija: Jungholz u Mittelberg
- Id-Danimarka: Il-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe
- Il-Finlandja: il-Gżejjer Åland
Reġim speċjali għad-dazji tas-sisa huwa applikabbli fit-territorji li ġejjin
- Spanja: Il-Gżejjer Kanarji
- Franza: Korsika u d-dipartimenti extra-Ewropej
- Il-Portugall: Azores u Madeira
L-Awstrija
Il-Belġju
Bulgarija
Il-Kroazja
Ċipru
Repubblika Ċeka
Id-Danimarka
L-Estonja
Il-Finlandja
Franza
Il-Ġermanja
Il-Greċja
L-Ungerija
L-Irlanda
Italja
Il-Latvja
Il-Litwanja
Lussemburgu
Malta
L-Olanda
Il-Polonja
Ir-Rumanija
Ir-Repubblika Slovakka
Is-Slovenja
Spanja
L-Isvezja