Oġġetti magħmulin b’regoli ta’ konservazzjoni
Din il-paġna sservi bħala dokument ta’ referenza biss għar-rekwiżiti tal-prodotti fl-UE kollha. Jistgħu japplikaw rekwiżiti żejda skont il-pajjiż tal-UE tad-destinazzjoni. Jekk jogħġbok irreferi għall-Assistent Kummerċ Tiegħi għad-dettalji kollha.
Jekk jogħġbok kun af li f’din il-paġna, hija pprovduta deskrizzjoni ġenerali ta’ kull intestatura fil-lingwi kollha tal-UE. Madankollu, id-dettalji huma disponibbli biss bl-Ingliż.
Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) u gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra
Prodotti li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
Bil-għan li l-ambjent jitħares, l-importazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) fl-Unjoni Ewropea huma pprojbiti. Din il-projbizzjoni tapplika għal importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż, kemm jekk ikun parti għall-protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar l-ODS u kemm jekk le.
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
Fid-dawl tal-protezzjoni tal-ambjent, l-importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) huma awtorizzati biss biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea (UE) jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet.
Projbizzjoni ta’ prodotti li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra
It-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra huwa pprojbit sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra koperti mill-Protokoll ta’ Kjoto.
Ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żebgħa u għall-verniċ
Iż-żebgħa u l-verniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni mfassla sabiex jiġu evitati l-effetti ambjentali negattivi ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC).
Kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra
It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra huwa soġġett għal dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, projbizzjonijiet tas-suq, rekwiżiti ta’ tikkettar, rapportar ta’ informazzjoni u obbligi ta’ reġistrazzjoni.
Protezzjoni ta’ speċi fil-periklu ta’ estinzjoni (Fauna u Flora)
CITES — Protezzjoni ta’ Speċijiet Ipperikolati
L-importazzjonijiet tal-ispeċijiet koperti mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) huma soġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju li tinkludi kontrolli tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni kemm fil-pajjiż ta’ oriġini kif ukoll fil-punti tad-dħul magħżulin mill-UE
Monitoraġġ statistiku tal-kummerċ tat-tonn obeż u tal-pixxispad
L-importazzjonijiet ta’ tonn u pixxispad huma permessi biss jekk il-merkanzija kkonċernata tkun akkumpanjata mid-dokument statistiku dwar l-importazzjoni. L-għan tal-miżura huwa li jiġu ppreservati l-ispeċijiet affettwati.
Skema tad-dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn
L-importazzjonijiet tat-tonn huma soġġetti għal skema tad-dokumentazzjoni tal-qabda maħsuba biex tidentifika l-oriġini tat-tonn kollu sabiex tirregola l-ħażniet ta’ din l-ispeċi, biex ittejjeb il-kwalità u l-affidabbiltà tad-data ta’ l-istatistika u biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali.
Skema ta’ dokumentazzjoni ta’ qbid ta’ Dissostichus spp
L-importazzjonijiet ta’ Dissostichus spp (magħruf komunement bħala toothfish) għandhom jiġu akkumpanjati minn dokument tal-qbid sabiex jiġu implimentati l-miżuri ta’ monitoraġġ tas-CCAMLR (il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku)
Rekwiżiti ta’ importazzjoni għall-prodotti mill-foki
Importazzjonijiet għal skopijiet kummerċjali ta’ ġlud tal-fer ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini tal-arpa u ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun, u oġġetti magħmulin minnhom, huma pprojbiti. Importazzjonijiet ta’ xi prodotti speċifiċi ta’ dan it-tip jistgħu jitħallew jekk jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti.
Kontroll fuq is-sajd illegali
L-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd huma kkontrollati sabiex jiġi evitat, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)
Kontroll fuq injam u prodotti tal-injam illegali
L-importazzjonijiet ta’ injam maħsud b’mod illegali u l-prodotti derivati minnhom huma pprojbiti.
Skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam
L-importazzjoni ta’ prodotti tal-injam esportati mill-pajjiżi li jkunu qed jimplimentaw din l-iskema volontarja huma pprojbiti sakemm il-vjeġġ ma jkunx kopert minn liċenzja FLEGT
Kontroll ta’ proċessi ta’ produzzjoni u ta’ wara l-produzzjoni li jużaw sustanzi perikolużi
Rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-batteriji u akkumulaturi
Minħabba l-ammont ta’ sustanzi perikolużi li jkun fihom u sabiex jiġi protett l-ambjent, it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti batteriji u akkumulaturi huwa pprojbit.
Rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għal tagħmir elettriku u elettroniku
L-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi huwa ristrett fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) imqiegħed fis-suq tal-UE. Il-manifatturi u l-importaturi ta’ dawn il-prodotti għandhom responsabbiltà rigward il-ġestjoni tal-iskart, b’mod partikolari għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ tali skart.
Prodotti radjuattivi
L-importazzjonijiet ta’ prodotti radjuattivi huma ristretti ħafna sabiex nippreservaw l-ambjent u s-saħħa pubblika minn riskju radjuattiv.