Riżultati tat-tiftixa tal-glossarju għal "P" (14)
Lista ta’ termini fil-glossarju:
Prodotti li ma jissodisfawx ir-regoli tal-oriġini stabbiliti minn arranġament kummerċjali preferenzjali partikolari, għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju preferenzjali ta’ dak l-arranġament kummerċjali.
Kontenut relatat:
Dokument li jiddikjara li l-oġġetti jissodisfaw ir-regoli tal-oriġini stipulati f’ċertu arranġament kummerċjali preferenzjali, u b’hekk jappoġġa t-talba għal trattament preferenzjali skont l-arranġament kummerċjali preferenzjali. Hemm tipi differenti ta’ prova tal-oriġini, skont l-arranġament kummerċjali preferenzjali bħal ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-amministrazzjoni doganali jew awtorità pubblika jew dikjarazzjoni dwar l-oriġini/dikjarazzjoni ta’ fattura/dikjarazzjoni tal-oriġini magħmula minn esportatur.
Kontenut relatat:
Il-punt ta’ Dħul Uniku (SEP) huwa l-ewwel punt ta’ kuntatt fi ħdan id-dipartiment tal-kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea għall-partijiet ikkonċernati kollha tal-UE li qed jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ aċċess għas-suq f’pajjiżi terzi jew li jsibu nuqqas ta’ konformità mal-impenji ta’ sostenibbiltà (TSD/GSP). Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jressqu l-formoli tal-ilmenti direttament lill-SEP permezz ta’ Access2Markets. Is-SEP jiżgura proċess intern issimplifikat biex jindirizza l-kwistjonijiet miġjuba quddiemhom, inkluż il-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni u delegazzjonijiet tal-UE.
Il-post (punt ta’ twassil) fejn il-merkanzija tinħatt jew tiġi ffirmata għalih.