Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit

L-UE u r-Renju Unit laħqu ftehim fil-prinċipju dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, li japplika proviżorjament mill-1ta’ Jannar 2021. Il-Ftehim joħloq żona ta’ kummerċ ħieles ambizzjuża bi:

  • l-ebda tariffa jew kwota fuq merkanzija kkummerċjalizzata, soġġetta għas-sottomissjoni ta’ prova xierqa tal-oriġini preferenzjali
  • aċċess sħiħ għas-suq għas-servizzi u l-akkwist pubbliku
  • dispożizzjonijiet solidi dwar kundizzjonijiet ekwi

Għall-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-UE u l-Irlanda ta’ Fuq, japplika l-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq inkluż fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.

 

Permezz tal-Assistent tal-Kummerċ Tiegħi tista’ ssib informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri doganali, ir-regoli tal-oriġini u r-rekwiżiti tal-prodott applikabbli għall-prodotti tiegħek fir-Renju Unit u s-suq tal-UE.

 

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr