Storja tal-kumpanija:

Kontroll għas-suċċess fis-swieq internazzjonali

Kontroll għas-suċċess fis-swieq internazzjonali

Fi tliet snin biss, Asura Technologies għaddiet minn negozju ġdid żgħir biex timpjega 27 persuna u tforni swieq internazzjonali kbar, inklużi ħafna bi ftehimiet kummerċjali bħall-Korea t’Isfel, il-Perù, il-Messiku, l-Ekwador u l-Kanada. Għalkemm ibbażati fl-Ungerija, huma ħarsu b’mod konsistenti lil hinn mill-fruntieri tagħhom stess għal swieq li jħallu qligħ u l-HEPA (il-membru tan-Network Enterprise Europe tal-Ungerija) kienet ta’ appoġġ kbir f’dan ir-rigward.

Nagħmlu s-sistemi aktar intelliġenti

Wieħed mill-akbar swieq tagħhom huwa l-Korea t’Isfel peress li dan il-pajjiż għandu ħafna ħardwer eżistenti għall-ġestjoni tat-traffiku, jiġifieri kameras. Skont il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Korea t’Isfel, Asura Technologies tipprovdi softwer li jżid l-intelligence mal-kameras eżistenti li jippermetti lill-klijenti tagħhom li jkabbru b’mod kosteffettiv is-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tagħhom.

L-issodisfar tal-istess standards

Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Korea t’Isfel, bħall-biċċa l-kbira tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE, għandu kapitolu komprensiv dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan jirrifletti l-impenn taż-żewġ reġjuni għall-konverġenza tal-istandards u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

Asura tista’ tbigħ is-softwer tagħha fil-Korea t’Isfel billi tkun taf li l-proprjetà intellettwali tagħha se tkun protetta bl-istess standard bħal fl-Ewropa.

Is-suċċess internazzjonali bis-saħħa tal-ftehimiet kummerċjali għamilna aktar attraenti fis-suq tal-UE
Mate Kiss-Gyorgy, CEO ta’ Asura Technologies

Ħafna kumpaniji jibdew lokalment u jaħdmu ‘l barra iżda t-trajettorja ta’ Asura Technologies kienet bil-kontra. Huma ffukaw fuq is-swieq internazzjonali mill-bidu nett u, bis-saħħa ta’ dan is-suċċess, issa qed jaraw żieda fil-bejgħ eqreb lejn id-dar.

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr