L-akkwist pubbliku

L-akkwist pubbliku jirreferi għall-proċess li bih l-awtoritajiet pubbliċi, bħal dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet lokali jew intrapriżi tal-istat, jixtru oġġetti jew servizzi mis-settur privat.

Ir-regoli tal-akkwist pubbliku jiżguraw li l-flus pubbliċi jintużaw kif suppost meta l-awtoritajiet pubbliċi jixtru mis-settur privat.

Kif il-gvernijiet jagħtu kuntratti lin-negozji

Sabiex jiġu evitati l-frodi, il-ħela, il-korruzzjoni, jew il-protezzjoniżmu lokali, il-liġijiet tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jirregolaw l-akkwist pubbliku sa ċertu punt. Il-liġijiet normalment jirrikjedu li l-awtorità tal-akkwist toħroġ offerti pubbliċi (kompetittivi) jekk il-valur tal-akkwist jaqbeż ċertu limitu.

 

Il-mod standard ta’ kif jingħataw kuntratti għal prodotti lin-negozji huwa s-sejħiet għall-offerti kompetittivi, li jippermetti l-akbar numru ta’ kumpaniji li jagħmlu offerta. Fi ħdan is-sejħiet għall-offerti kompetittivi, hemm tipi differenti ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Aqra aktar dwar:

Iċċekkja Aċċess2Akkwist

Ixxerja din il-paġna:

Links ta’ malajr