Pajjiżi l-inqas żviluppati
Il-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) huma pajjiżi bi dħul baxx li qed jiffaċċjaw impedimenti strutturali kbar għall-iżvilupp sostenibbli. Huma vulnerabbli ħafna għal xokkijiet ekonomiċi u ambjentali u għandhom livelli baxxi ta’ assi umani. Bħalissa hemm 47 pajjiż fil-lista tal-LDCs li jiġu riveduti kull tliet snin. L-LDCs għandhom aċċess esklussiv għal ċerti miżuri ta’ appoġġ internazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp u l-kummerċ.